Test tad-demm se jgħidlek kemm int għajjien?

Test ġdid tad-demm jaf daqt isarraf t’għajnuna lill-pulizjia biex jagħrfu s-sewwieqa li jkunu wisq għajjenin biex ikunu qed isuqu fit-toroq. Dan se jkun jista’ jgħin ukoll lil min iħaddem biex ikun jista’ jara jekk il-ħaddiema tiegħu humiex f’saħħithom biżżejjed biex jaħdmu.

Dan kollu qaluh riċerkaturi li qed jistudjaw u jiżviluppaw dan it-test tad-demm. Xjentisti fl-Università ta’ Surrey, fl-Ingilterra irreġistraw magħhom bħala membri lil 36 adulti biex jistudjaw fuqhom kif nuqqas ta’ rqad jista’ jiġi identifikat mid-demm tagħhom.

Ix-xjentisti qed jisperaw li jirnexxielhom jiżviluppaw dan it-test biex ikunu jistgħu jidentifikaw b’mod preċiż kemm il-persuna jkollha bżonn li torqod biex b’hekk tiżdied is-sigurtà fit-toroq.