Test rokit: Imutu 5 xjentisti; Putin jirrikonoxxi

Sputnik/Alexei Druzhinin/Kremlin via REUTERS

Il-President tar-Russja Vladimir Putin ippremja lil ħames nisa romol. Dan għaliex l-irġiel tagħhom, 5 xjenzati, mietu f’inċident waqt li kienu qed jittestjaw sistema tal-armi avvanzata.

Il-5 irġiel mietu fit-8 t’Awwissu. Ta’ fuqhom spjega l-inċident bħala wieħed li ġara waqt li kienu qed jittestjaw rokit fuq pjattaforma fil-baħar lejn it-Tramuntana tar-Russja. Dan l-inċident ikkawża żieda temporanja fil-livelli ta’ radjazzjoni fiż-żona.

Minkejja l-ostakli, Putin qal li r-Russja hija determinata biex tipperfezzjona din l-arma, li skontu se tiggarantixxi paċi dinji.