Test ġdid fuq it-trabi ta’ ftit jiem

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar xhur, qed isir test ġdid fuq trabi ġodda ta’ ftit jiem.
Spjega li dan l-iscreening test il-ġdid jissejjaħ bħala l-heel prick test għal congenital hypothyroidism.
Il-Ministru Fearne qal li dan it-test huwa ferm iktar preċiż minn dak li kien isir qabel, u li minbarra dan trabi ta’ ftit jiem isirilhom ukoll it-test għat-thalassaemia.
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputata Laburista Rosianne Cutajar.
"L-SMS iżid l-attendenza fl-appuntamenti tal-OutPatients"
Għal mistoqsija parlamentari oħra, il-Ministru Fearne semma wkoll kif wara l-introduzzjoni tat-tfakkira bl-SMS għall-appuntamenti tal-OutPatients f’Mater Dei, naqsu bi 11% l-għadd ta’ nies li ma kinux jippreżentaw ruħhom għall-appuntament.
"10,400 tifel fl-emerġenza bejn Jannar u Ġunju"
Tkellem ukoll dwar it-tfal li jiddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei fejn qal li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, kien hem 10,393 tifel u tifla li ddaħħlu l-emerġenza.