Tesla b’karozzi li jsuqu weħidhom sal-aħħar ta’ din is-sena

Il-fundatur ta’ Tesla, Elon Musk, ħabbar li l-kumpanija li timmanifattura l-karozzi tal-elettriku, Tesla, se tkun tibda timmanifatura karozzi tal-elettriku li jsuqu weħidhom sal-aħħar ta’ din is-sena.

Huwa qal li l-iżviluppi u l-esperimenti li Tesla wettqet s’issa għal karozzi li jsuqu b’mod awtonomu kienu diġa waslu sat-tieni livell minn ħamsa, fejn karozza tkun kapaċi ssuq mingħajr ma jkollha bżonn xufier, madanakollu f’dak l-istadju ix-xufier xorta jkollu bżonn joqgħod attent u preparat biex jaġixxi b’idejh mal-istering.

Musk sostna li l-aħħar aġġornament li se jżidu fis-software tal-karozza se ġġib il-karozza preparata u sigura għall-ħames livell, li hu meħtieġ għas-sigurtà tax-xufieru  passiġġieri ta’ karozzi elettroniċi li jsuqu weħidhom b’mod awtomatiku, biex joħorġu fis-suq.