Teskala r-rabja waqt id-dfin tal-vittmi tal-attakki f’Burina Faso

Read in English.

Il-qraba tal-persuni li nqatlu u dawk li salvaw mill-attakki ta’ din il-ġimgħa li saru fuq konvoj ta’ xarabank bil-ħaddiema tal-mini f’Burkina Faso irrabjaw aktar meta saru jafu li dak li ġara kien nuqqas ta’ appoġġ mill-awtoritajiet u mill-kumpanija tal-minjieri.

Mijjiet ta’ qraba, ħbieb u kollegi tal-vittmi stennew sigħat sħaħ sakemm setgħu jieħdu l-iġsma mejta ta’ qrabathom u marru b’purċissjoni biex jidfnuhom.

Il-kumpanija Kanadiża tal-minjieri tad-deheb Semafo qalet li ħamsa mill-karozzi tal-linja tagħha, li kienu qed jivvjaġġaw ma’ skorta militari, sfaw milquta minn sparaturi waqt li kienu fit-triq li twassal għall-mini Boungou fir-reġjun tal-Lvant. L-awtoritajiet qalu li 38 persuna nqatlu fl-attakk.

Dan kien wieħed mill-aktar attakki li qatelu nies fil-pajjiż tal-Afrika tal-Punent.