Terz tal-kandidati għall-Eżekuttiv tal-PN nisa

Terz tal-persuni li tefgħu n-nomina biex ikunu parti mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista huma nisa.
Hekk kif għalaq iż-żmien biex wieħed jitfa’ n-nomina tiegħu, saru magħrufa d-59 persuna li minnhom jitilgħu 18 biex jiffurmaw dak li l-PN sejjaħlu fi stqarrija “wieħed mill-ogħla organi tal-PN”.
Il-kandidati jinqasmu bejn irġiel u nisa, sabiex jiġi assigurat li l-eżekuttiv ikollu 9 kandidati rġiel u 9 nisa.
L-40 kandidat raġel huma:
Joseph M. Aquilina, Nicky Azzopardi, Ivan Bartolo, Charles Bonello, Albert Buttigieg, Alexis Callus, John Baptist Camilleri, Jeremy Cardona, Jerome Caruana Cilia, Roderick Caruana, Robert Cremona, Josef Cuschieri, Malcolm Custo’, Jean Pierre Debono, John B. Dougall, Gabriel Joshua Ellul, Michael Fenech Adami, Mario Frendo, Ċensu Galea, Stephen Gatt, David Grech, David Herrera, Alexander Mangion, Ernest Mercieca, Aaron Micallef Piccione, Robert Micallef, Malcolm Mifsud, Josie Muscat, Martin Musumeci, Alex Perici Calascione, Pierre Portelli, Mark Anthony Sammut, Liam Sciberras, Norvin Spiteri, Alban Thika, Ian Mario Vassallo, Norman Vella, Antoine Zammit u Jason Zammit.
Id-19-il kandidat mara huma:
Amanda Abela, Marisa Abela, Simone Aquilina, Roselyn Borg Knight, Elaine Camilleri Schembri, Maryanne Cuomo, Graziella Galea, Margaret Mercieca, Paula Mifsud Bonnici, Claire Mifsud, Anne Marie Muscat Fenech Adami, Veronica Perici Calascione, Stefania Pirotta, Sandra Smart Costantino, Lisa Spiteri, Louise Tedesco, Evelyn Vella Brincat, Francesca Zammit u Marie Claire Zammit.
L-elezzjoni ssir is-Sibt 4 ta’ Novembru, għalkemm għada jkun hemm elezzjoni bikrija.
Fl-istess ġranet issir l-elezzjoni għall-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
L-elezzjonijiet għada u s-Sibt ta’ wara jkunu bejn it-8am u d-9pm fid-Dar Ċentrali tal-PN, u bejn it-8amu s-7.30pm fis-Subheadquarters tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat Għawdex.