Terz mill-każijiet il-ġodda tal-coronavirus fi Franza ġejjin mill-iskejjel

FILE PHOTO: Pupils sitting behind partition boards made of plexiglass attend a class at a primary school, during the coronavirus disease (COVID-19) outbreak, in Den Bosch, Netherlands, May 8, 2020. REUTERS/Piroschka van de Wouw/File Photo

Fi Franza qam tħassib dwar il-każijiet dejjem jiżdiedu tal-coronavirus, billi jidher li terz mill-każijiet attivi ta’ bħalissa ġejjin mill-iskejjel u mill-universitajiet.

Ġurnali barranin qed jirrappurtaw li t-tobba Franċiżi qed iwissu li din l-aħħar mewġa ta’ każijiet jaf tkun iżżejjed għall-pajjiż, u tkompli teħleb lill-ħaddiema tas-saħħa.

Ġie rrappurtat li 32% tat-899 cluster li qed jiġu investigati fi Franza ġejjin mill-iskejjel u l-universitajiet. It-tobba qegħdin jgħidu li t-tieni mewġa donnha aktar mgħaġġla milli bassru.

Restrizzjonijiet ġodda biex titrażżan l-imxija tal-coronavirus fil-postijiet li ntlaqtu l-agħar, inkluż Pariġi u Marsilja, qegħdin jaqilgħu ħafna kritika mill-Franċiżi stess, għaliex iħossu li dawn mhumiex biżżejjed.