Terz biss tal-Kunsilli jirrekordjaw laqgħat imxandra online

Huma biss terz il-Kunsilli Lokali li qed iżommu recording tal-laqgħat li jixxandru live fuq l-internet.
Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali Owen Bonnici fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil.
Wara qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni, iddaħħal provvediment fil-liġi tal-Kunsilli Lokali li sa Marzu se jkun obbligatorju li l-Kunsilli jittrasmettu l-laqgħat tagħhom fuq l-internet.
Preżentement hemm 22 Kunsill Lokali li qed jagħmlu dan u jżommu recording ta’ dawn ix-xandiriet. Dawn huma L-Imdina, il-Birgu, l-Isla, Ħaż-Żabbar, is-Siġġiewi, Ħal Balzan, Birkirkara, Floriana, Għajnsielem, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, il-Kalkara, Kerċem, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, l-Imqabba,  in-Naxxar, Pembroke, Ta’ Sannat u ż-Żurrieq.