Terry jirċievi ittra mingħand partitarju li kien għen

John Terry rċieva ittra ħelwa ta’ ringrazzjament mingħand partitarju li Terry kien għen biex jiġġieled il-kanċer. Il-coach ta’ Aston Villa li għandu 39 sena, kien bagħat ritratt iffirmat lil John Beard b’erba’ kelmiet ta’ inkoraġġiment, wara li ntlaqat mill-marda.

Terry tella’ n-nota fuq Instagram u kiteb – “Irċivejt ittra mingħand John Beard li kont bgħattlu ritratt iffirmat lura fl-2015.” Hu spjega li Beard kien għaddej minn mumenti diffiċli ferm f’ħajtu. Stqarr li kien bagħtlu ritratt u ittra b’erba’ kelmiet ta’ inkoraġġiment fejn xtaqlu fejqan ta’ malajr.

Hu stqarr li l-futbol u d-dinja tal-isport jistgħu jħallu impatt tant pożittiv. Mal-ittra, Terry irċieva £10 u qal li se jkun qed jagħtihom bħala donazzjoni lil Make a Wish UK.