Terry ifittex tim ġdid

L-eks captain ta’ Chelsea John Terry jinsab viċin li jitlaq lil Aston Villa wara li naqsu milli jiksbu l-promozzjoni għal Premier League Ingliż.
It-tim immexxi minn Steve Bruce wasal ferm viċin li jilħaq l-għan tiegħu iżda t-telfa kontra Fulham fil-playoffs fissret li Aston Villa se jkollhom jibqgħu jikkompetu fiċ-Championship.
Terry jaqla’ madwar £60,000 fis-sena iżda t-tim Ingliż ma jidhirx li għandu l-fondi neċessarji sabiex iġedded il-kuntratt tad-difensur veteran. Il-plejer ta’ 37 sena deher iddispjaċut bl-iskor ta’ 1-0 favur Fulham u l-futur tiegħu jista’ jkun ma’ klabb fil-Major League Soccer Amerikana jew fil-kampjonat Ċiniż. Rapport finanzjarju ppubblikat fi Frar kien jindika li Aston Villa kienu qed
jitilfu £800,000 fil-ġimgħa matul l-istaġun 2016-17 u l-fatt li naqsu milli jirritornaw mill-ewwel fl-ogħla diviżjoni jfisser li l-baġit tal-klabb matul is-suq tat-trasferimenti li jmiss se jkun wieħed limitat.