Terroriżmu: Il-Maltin għandhom jevitaw vjaġġi lejn l-Eġittu

Gruppi terroristiċi fl-Eġittu qegħdin jheddu li jwettqu attakki terroristiċi fil-lokalitajiet turistiċi speċjalment f’Sharm el-Sheik.
Għalhekk l-awtoritajiet ta’ numru ta’ pajjiżi Ewropej qed jikkunsidraw li jevakwaw liċ-ċittadini tagħhom mill-Eġittu.
Fost dawn il-pajjiżi hemm l-Italja, l-Olanda u l-Ġermanja.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li dawn iż-żoni turistiċi fl-Eġittu hemm jgħixu madwar 90 Malti u Maltija.
F’Diċembru tas-sena li għaddiet, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti kien ħareġ avviż iwissi biex ma jsirux vjaġġi lejn l-Eġittu sakemm dan ma jkunx neċessarju minħabba l-instabbiltà f’dan il-pajjiż.
Qed tingħata twissija lill-Maltin fl-Eġittu biex jevitaw id-dimostrazzjonijiet u l-protesti li jistgħu isiru fit-toroq.
Jekk ikun hemm it-tensjoni għandhom jitilqu immedjatament.
It-tensjoni fl-Eġittu qed tippersisti speċjalment minħabba in-nuqqas ta’ Gvern stabbli wara li l-Armata Eġizzjana keċċiet lill-eks President Mohammed Morsi.