Terrorista ta’ Brussell ħadem fil-Parlament Ewropew

Wieħed mit-terroristi li sploda lilu nnifsu fl-ajruport ta’ Brussell kien jaħdem fil-bini tal-Parlament Ewropew bħala ħassiel.
Kellu kuntratti ta’ xahar, fl-2009 u fl-2010, mingħajr qatt ma żvela l-identità tiegħu.
Sorsi qed isemmu lil Najim Laachroui, li kien diġà mfittex wara l-attakki ta’ Pariġi.
Il-Parlament Ewropew sostna li l-kumpanija ta’ tindif ikkonfermat li r-raġel ma kellu ebda rekord kriminali dak iż-żmien.