Terrorista Ingliż kien pruġunier fuq permess

Ir-raġel li wettaq l-attakk terroristiku l-bieraħ fuq il-London Bridge kien ex-pruġunier li fil-passat instab ħati ta’ reati terroristiċi

L-aġġressur li l-Metropolitan Police qalet li jismu Usman Khna għandu 28 sena u kien fuq permess speċjali barra l-ħabs meta wettaq l-attakk li fih inqatlu raġel u mara u tlieta oħra weġġgħu.

Khan inqatel mill-Puliżija wara li membri tal-pubbliku qabduh.