Terrorist tal-Al Qaeda jinqatel fil-Libja

Wieħed mill-ogħla terroristi Iżlamiku nqatel f’attakk mill-ajru li seħħ fil-Libja.
Mokhtar Belmokhtar kien il-moħħ wara attakk li ħalla għexieren ta’ nies mejta f’impjant tal-gass fl-Alġerija.
Belmokthar inqatel fil-belt ta’ Ajdabiya. Huwa kien wieħed mill-ogħla figuri fi ħdan l-Al Qaeda.
L-attakk fl-Alġerija ħalla 80 persuna mejta u mal-400 ħaddiem ostaġġ. Fost dawk li nqatlu kien hemm Amerikani u Ingliżi.