Terremot ta’ 5.8 fil-Baħar Mediterran matul il-lejl

Read in English.

Dalgħodu kmieni terremot li laħaq skala ta’ 5.8 kien reġistrat fil-Baħar Mediterran, 224km fil-Lbiċ ta’ Metoni, villaġġ fin-naħa t’isfel tal-Greċja.

Skont iċ-Ċentru Siżmiku Ewropew-Mediterranju (EMSC), it-terremot kien reġistrat fis-1.43 ta’ filgħodu, ħin ta’ Malta, fi profondità ta’ 10 kilometri.

Il-post preċiż tat-theżżiza kien indikat kif ġej:

439 km Lbiċ ta’ Ateni, Greċja / pop: 730,000 / ħin lokali: 02:43:15.9 2020-05-21
305 km Majjistral ta’ Al Bayḑā’, Libja / pop: 207,000 / ħin lokali: 01:43:15.9 2020-05-21
266 km Lbiċ ta’ Kalamáta, Greċja / pop: 51,200 / ħin lokali: 02:43:15.9 2020-05-21
224 km Lbiċ ta’ Metoni, Greċja / pop: 1,200 / ħin lokali: 02:43:15.9 2020-05-21

Il-grupp tar-riċerka siżmika fi ħdan l-Università qal li diversi persuni ħassew din it-theżżiża f’Malta, u ħeġġeġ lil min ħassha biex jimla kwestjonarju.

Today 21st May, Magnitude 5.7 earthquake in the Ionian Sea, 490km east of Malta, at 01:48 local time. Felt by several in…

Posted by Seismic Monitoring and Research Group SMRG – University of Malta on Wednesday, May 20, 2020