Read in English.
Terremot li tkejjel 5.2 fuq l-iskala Richter inħass fiċ-ċentru tal-Kroazja. L-epiċentru ta’ dan it-terrimot kien madwar 50 kilometru fix-Xlokk tal-kapitali Żagreb.
Dan it-terrimot kien konfermat miċ-Ċentru Sismoloġiku Mediterranju Ewropew u nħass milll-Bożnija Herżegovina u l-Ungerija.
It-terremot inħass għall ħabta tal-05.28am (GMT). Sa issa ma kien hemm ebda rapport li ndarbu xi nies jew li saret ħsara.
F’Marzu, terremot tal-qawwa 5.3 laqat Żagreb u kkawża mewt waħda waqt li 27 persuna ndarbu.