Terrimot qawwi fil-Karibew ma jkollux effetti devastanti

Terrimot tal-qawwa 7.7 fuq l-iskala Richter li kellu l-epiċentru tiegħu fil-Baħar Karibew inħass f’Kuba, Jamaica, il-gżejjer Cayman u Miami. 

L-effett ta’ dan it-terrimot ma kienx wieħed devastanti minkejja l-qawwa tat-terrimot. Madanakollu fiż-żoni fejn inħass kien hemm mumenti ta’ paniku hekk kif f’xi partijiet sfrondaw toroq. 

Għadd ta’ theżżiżiet inħassu wkoll wara dan it-terrimot, bl-ikbar waħda jkollha saħħa ta’ 6.1 fuq l-istess skala. 

Ħinijiet minnhom kien hemm anke twissija ta’ tsunami, li ġie irtirat.