
Terrimot tal-qawwa ta’ 6.5 fuq l-Iskala Richter laqat lill-Indoneżja matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.
It-terrimot inħass l-iktar fil-gżira ta’ Seram, fil-pronvinċja tal-lvant Maluku.
Għalkemm kien hemm xi binjiet li ġarrbu ħsarat, ġie eliminat r-riskju li hemm jkun hemm xi Tsunami.
Fost il-binjiet li ntlaqtu kien hemm Universita u skola. L-indoneżja tinsab fl-hekk msejjaħ ċirku tan-nar tat-terrimoti fir-reġjun, tant li mhux l-ewwel darba nltaqtet minn terrimoti, f’numru ta’ drabi b’konsegwenzi katastrofiċi.