Terrimot jolqot il-Ġappun

Google Maps

Terremot b’qawwa ta’ 4.6 kien reġistrat fil-Lvant tal-Ġappun. Dan tħabbar mill-Aġenzija Meteoroloġika tal-Ġappun. 

L-epiċentru tat-terremot kien fil-prefettura ta’ Ibaraki, fit-tramuntana tal-kapitali Tokjo.

L-aġenzija qalet li ma nħarġitx twissija ta’ tsunami. 

Sa issa ma kienx hemm rapporti mmedjati ta’ ħsara.