Terrimot ieħor fl-Albanija

L-Albanija reġgħet intlaqtet minn terrimot ieħor. It-terrimot tkejjel 4.3 fuq l-iskala Richter u kellu l-epiċentru tiegħu disa’ kilometri fit-tramuntana tal-belt ta’ Durres. 

Ix-xahar li għadda, terrimot qawwi ieħor, li tkejjel 6.3 ieħor inħass fl-istess reġjun. Dan it-terrimot ħalla 51 persuna mejta. 

Dan kien l-iktar terrimot qawwi li ħakem lil pajjiż fl-aħħar deċenji. Kawża ta’ dan it-terrimot 14,000 persuna spiċċaw bla dar.