Terremot ieħor fil-Kroazja

Photo @mareevicka - twitter

Terremot ieħor, li kellu saħħa ta’ 4 fuq l-iskala Richter ġie rreġistrat kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4.30am.

Skont l-informazzjoni tal-Istitut Nazzjonali Taljan tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija (Ingv), it-terremot kellu l-epiċentru f’fond ta’ madwar 10 km ħdejn il-belt ta’ Petrinja.

Tlett ijiem ilu fl-inħawi, terremot b’saħħa ta’ 6.3 fuq l-iskala Richter ikkawża mill-inqas seba’ mwiet u kien hemm tletin persuna li ndarbu. Dan segwa ieħor fil-jum ta’ qabel.