Terremot fl-Indoneżja joqtol 10 persuni

Terremot qawwi li mmarka 6.4 fuq l-iskala Richter laqat destinazzjoni turistika fl-Indoneżja dalgħodu.

L-ewwel rapporti jindikaw li tal-inqas 10 persuni tilfu ħajjithom f’theżżiża li laqtet iċ-ċentru tal-gżira Indoneżjana Lombok ftit qabel is-7am, 10pm ħin ta’ Malta.

Il-gżira tattira għadd ta’ turisti madwar id-dinja u tinsab 40 kilometru ‘l bogħod mil-Lvant ta’ Bali. Numru ta’ bini ġġarrfu waqt li għexieren ta’ nies weġġgħu.

It-terremot kien segwit minn numru ta’ theżżiżiet żgħar, madwar sittin, bl-ikbar waħda tkejjel 5.7.