Theżżiża qrib Għawdex

Read in English.

Iċ-ċentru tar-riċerka siżimika rraporta terremot, jew theżżiża viċin il-gżira ta’ Għawdex. Dan it-terremot ġie rapurtat li kellu saħħa ta’ 3.7 fuq l-iskala Richter, skond iċ-Ċentru Siżmiku Malti.

Iċ-ċentru siżmiku Amerikan rrapurta li dan it-terremot kellu saħħa ta’ 3.3.

Iż-żewġ ċentri siżmiċi kkonfermaw li dan seħħ madwar 10 km mill-kosta Għawdxija.

Nies minn inħawi differenti rraportaw li t-terremot inħass f’diversi rħula u bliet kemm f’Għawdex kif ukoll Malta.