Terremot ta’ 5.6 fl-Albanija

Destroyed cars stand next to a damaged building after an earthquake in Tirana, Albania, September 21, 2019. REUTERS/Florion Goga

Read in English.

Residenti fl-Albanija spiċċaw ħarġu fit-toroq wara li terremot li kellu s-saħħa ta’ 5.6 fuq l-Iskala Richter. Il-belt kapitali ta’ Tirana u l-belt ta’ Durres kienu fost l-intlaqgħtu fit-terremot tas-Sibt.

Il-Ministru tad-Difiża qal li dan kien l-iktar terremot qawwi fl-Albanija fl-aħħar tletin sena.

Skont il-midja tal-pajjiż 49 persuna kellhom bżonn l-assistenza medika u ttieħdu fl-isptar prinċipali ta’ Tirana. F’Durres persuna kisret saqqajha wara li ħarġet tiġri minn ġo bini.

L-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti fil-bidu rreġistra s-saħħa tat-terremot bħala 5.6 fuq l-Iskala Richter. L-Istitut tal-Ġeo-Xjenza Albaniża rrapporta li s-saħħa tat-terremot kienet ta’ 5.8 b’theżżiża b’saħħa ta’ 5.3 fuq l-Iskala Richter 11-il minuta wara.

Blokka ta’ appartamenti f’Durres ġarrab ħsarat kbar b’konsenturi minn fuq s’isfel. Binja antika f’Tirana spiċċat evakwata wara li dehru l-konsenturi.