Terremot ta’ 3.6 fil-Lvant ta’ Malta

Terremot li kejjel 3.6 fuq l-Iskala Richter seħħ viċin Malta kmieni dalgħodu.
Skont dak imkejjel fl-Uffiċċju Siżmiku tal-Università ta' Malta, it-terremot seħħ 40 kilometru fil-Lvant ta' Malta.
Dan inħass minn diversi lokalitajiet fin-nofsinhar tal-pajjiż għall-ħabta tat-8:30am.
Jekk ħassejt it-theżżiża ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt