Terremort qawwi li mmarka 7.3 fuq l-iskala Richter laqgħat il-kosta tal-Lvant tal-Veneżwela, fejn jgħixu għadd kbir ta’ komunitajiet ta’ sajjieda foqra.
It-terremot jidher li ċaqlaq xi binjiet u saħansitra qata’ d-dawl f’xi inħawi. Minħabba li t-terremot seħħ madwar 123 kilometru taħt l-art, ma jidhirx li ħalla ħsarat kbar.
Skont l-awtoritajiet fil-Veneżwela jidher li ma kien hemm l-ebda rapport immedjat ta’ persuni feruti u jidher li ż-żoni taż-żejt baqgħu joperaw b’mod normali.
Tista’ taqra aktar dwar dan minn hawn.