Terremot qawwi jheżżeż lil El Salvador…ċans ta’ tsunami

Theżżiża ta’ terremot b’qawwa ta’ 7.4 inħasset f’El Salvador. 
Wara t-theżżiża l-Ministeru għall-Ambjent ħabbar theddida ta’ tsunami. 
Sa issa għadhom ma jafux jekk hemmx vittmi u xi ħsarat saru.
It-terremot ġara ftit qabel l-għaxra ta’ filgħaxija (ħin lokali) qrib il-belt ta’ Usulutan, il-ħames l-akbar belt f’El Salvador.