Terremot qawwi fil-Greċja u t-Turkija

Terremot qawwi laqat il-kosta tat-Turkija u t-tramuntana tal-gżira Griega, Samos u qered għadd ta’ bini u qatel mill-inqas 22 persuna.

It-theżżiża kienet ta’ 7 fuq l-iskala Richter bl-epiċentru kien ‘il barra mill-provinċja ta’ Izmir fit-Turkija.

It-Turkija klassifikat il-qawwa tat-theżżiża aktar baxx għal 6.6, u qalet li 20 persuna mietu u 786 indarbu fil-provinċja ta’ Izmir. Fuq Samos, żewġ studenti nqatlu. It-theżżiża kkawżat mini-tsunami li għarraq Izmir u Samos.

L-awtoritajiet f’Izmir ippreparaw żona bit-tined biex jilqgħu madwar 2,000 persuna matul il-lejl. Dan fost biża’ li aktar bini seta’ jikkrolla.

L-awtoritajiet qalu li 70 persuna ġew salvati minn taħt ir-radam tal-bini.

It-Turkija u l-Greċja jinsabu t-tnejn f’żoni fejn it-terremoti huma aktar komuni.