Terremot qawwi fil-Ġappun … stennija ta’ tsunami

Biża’ kbira fil-Ġappun hekk kif fir-reġjun ta’ Fukushima ngħata l-allarm ta’ tsunami wara li nħass terremot qawwi li kellu saħħa ta’ 7.6 fuq l-iskala Richter.

Iċ-ċentru meteoroloġiku tal-Ġappun wissa li fil-ħin li ġej mewġa għolja kważi metru, mistennija tolqot ix-xatt taż-żona fejn hemm l-impjant nukleari li nqered fl-2011 minħabba tsunami.

Il-ħaddiema tal-impjant ġew evakwati.

L-epiċentru tat-terremot ġie rreġistrat 320 kilometru fil-lvant tal-gżira ta’ Honshu.