Terremot qawwi fi Spanja jħalli ħsarat kbar

Terremot qawwi ħakem il-kosta Spanjola kmieni dalgħodu.
It-terremot b’qawwa ta’ 6.3 fuq l-iskala Richter inħass fil-5.22 ta’ dalgħodu, madwar 100 mil minn Malaga.
Minkejja li ma kienx hemm rapporti ta’ vittmi u midruba, is-servizzi tal-emerġenza rċievew 250 sejħa minn residenti fin-nofsinhar ta’ Spanja.
Ħafna kienu dawk li ħarġu fit-toroq bil-piġama, waqt li l-bini beda jiġġarraf quddiemhom.
L-iskejjel illum ma fetħux biex jiġi aċċertat li l-binjiet m’għandhomx ħsarat strutturali.