Terremot qawwi barra l-kosta Russa jqanqal tħassib ta’ tsunami

Earthquake

Read in English.

Terremot qawwi li seħħ fil-baħar barra t-territorju Russu tal-Gżejjer Kuril wassal biex għal xi ħinijiet jinħareġ alert li jista’ jkun hemm tsunami. Din it-twissija ġiet irtirata u l-mewġ li kienu kkawżati kienu ferm iżgħar milli kien mistenni.

Uffiċjali qalu li xi żoni Amerikani bħal Hawaii u parti mill-kosta ta’ Kalifornia aktarx kienu se jintlaqtu minn mewġ minħabba t-terremot imma dawn kienu se jkunu relattivament żgħar għat-terremot li kien hemm u ħadd ma kien se jkun f’periklu.

It-terremot kellu qawwa ta’ 7.5 u seħħ madwar 1,400km ‘il bogħod mill-belt Ġappuniża ta’ Sapporo.

S’issa ma kien hemm ebda rapport ta’ vittimi.