Terremot jerġa’ jolqot lill-Ġappun

Għadd ta’ nies inqabbdu taħt it-terrapin tad-djar wara li terremot reġa’ laqat lin-Nofsinhar tal-Ġappun.
It-terremot kien qawwi 7.1 fuq l-iskala Richte.
Intant l-Aġenzija Metereoloġika tal-Ġapun ħarġet twissija ta’ tsunami għolja ta’ metru. Madankollu din it-twissija ġiet irtirata siegħa wara.
Dan kien it-tieni terremot wara li lbieraħ terremot ta’ 6.2 fuq l-iskala Richte ħalla disa’ persuni mejta u 1,000 persuna midruba.