Terremot iħalli l-vittmi fl-Indja

L-ewwel ġimgħa tas-sena l-ġdida ma bdietx tajjeb għall-Grigal tal-Indja, qrib il-fruntiera mal-Myanmar u mal-Bangladesh, li ntlaqat minn terremot qawwi 6.7 fuq l-iskala Richter.
It-terremot ħalla diversi vittmi, bin-numru mistenni jiżdied fis-sigħat li ġejjin.
’issa ġew irrappurtati mill-inqas disa’ li tilfu ħajjithom u mal-100 oħra li ndarbu.
It-terremot laqat fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, waqt li l-parti l-kbira tan-nies kienet għadha rieqda.
Ġew irrappurtati diversi ħsarat fosthom tiġrif ta’ bini.