Terremot ieħor jolqot lill-Ekwador

L-Ekwador reġa’ theżżeż, din id-darba b’terremot b’qawwa ta’ 6.1 fuq l-iskala Richter li jidher li laqat l-iktar fil-baħar.
Din kienet l-ikbar theżżiża s’issa wara t-terremot tas-Sibt, u ma jidher li ħalliet ebda ħsarat oħra.
S’issa l-vittmi qabżu l-500 imma l-awtoritajiet għadhom jistennew iċ-ċifra togħla hekk kif jinħarġu iktar vittmi minn taħt it-tifrik.