Terremot ieħor jinħass f’Malta

Terremot żgħir inħass f'diversi partijiet ta' Malta għall-ħabta tal-17.30.
Skont l-Uffiċċju tas-Siżmoloġija fl-Università ta’ Malta, it-terremot seħħ qrib Sqallija u mmarka 4.1 fuq l-iskala Richter.
Dan huwa it-tieni terremot li ħasad il-gżejjer Maltin f'inqas minn ġimgħa.
Nhar l-Erbgħa li għadda, terremot heżżeż bosta lokalitajiet f'Malta u Għawdex.