
Read in English.
Il-belt Petrinja fil-Kroazja ntlaqtet minn terremot li qatel lil tifla ta’ 12-il sena u ħames persuni oħra mill-belt Glina. Ħafna persuni ndarbu b’dan it-terremot ta’ qawwa 6.4.
It-terremot inħass mill-belt kapitali tal-Kroazja, Żagreb. Skont Reuters, it-theżżiż seta’ saħansitra jinħass mis-Serbja u mill-Bożnija-Ħerzegovina.
Ir-rapporti jgħidu li fost il-binjiet li ġġarrfu bit-terremot, hemm sptar.
Is-Sindku ta’ Petrinja, Darinko Dumbovic, għadda messaġġ fuq it-televixin li fih qal li nofs il-belt m’għadhiex teżisti, għax inqerdet. Hu appella għall-għajnuna.
Ilbieraħ stess, kien hemm terremot ieħor fiċ-ċentru tal-Kroazja ta’ qawwa 5.2. F’Marzu wkoll kien hemm terremot fil-belt kapitali tal-Kroazja.