Terremot jheżżeż Malta matul il-lejl

Aġġornat 06:06 PM

Read in English.

Terremot b’qawwa ta’ 4.5 fuq l-Iskala Richter inħass f’diversi partijiet tal-Gżejjer Maltin matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.

Skont l-Uffiċċju Siżmiku fl-Università ta’ Malta, it-terremot ġie rreġistrat fiċ-Ċentru tal-Baħar Mediterran fit-3.01am u nħass fost l-oħrajn minn Birkirkara, il-Ħamrun, in-Naxxar, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u l-Gżira.

It-terremot ġie rreġistrat mit-tmien stazzjonijiet siżmiċi li jinsabu f’Malta, f’Għawdex u f’Kemmuna u fi stazzjonijiet siżmiċi fi Sqallija.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma dan it-terremot u qal li ma saret l-ebda ħsara li jaf biha. Skontu, it-terremot kien 28 kilometru fin-Nofsinhar tal-Belt Valletta u 27 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Birkirkara.

A 4.3 richter scale tremor was felt around twenty minutes ago in the vicinity of Malta.

Posted by Civil Protection Malta on Tuesday, September 29, 2020

Diversi nies qalu li ħassu t-terremot u qajjimhom mir-raqda. Persuna minnhom qalet li werwirha. Kien hemm min qal li anke l-għasafar ħassewh għax bdew isaffru.

Dan kien it-tieni terremot f’temp ta’ ftit sigħat li ġie rreġistrat fiċ-Ċentru tal-Baħar Mediterran, qrib Malta. It-terremot l-ieħor seħħ it-Tlieta filgħaxija, ftit wara t-8.15pm u kellu qawwa ta’ 3.3. It-terremot tal-bieraħ filgħaxija nħass minn Ħaż-Żebbuġ, Wied il-Għajn u anke mir-Rabat.

Fl-aħħar jiem, propjament fil-25 u fis-27 ta’ Settembru ġew reġistrati żewġ terremoti oħra f’Malta. Fi żmien ġimgħa ġew reġistrati disa’ terremoti qrib Sqallija.

Il-grupp li jistudja t-terremoti fl-Università ta’ Malta talab lil kull min ħass it-terremot il-lejl li għadda biex jimla dan il-kwestjonarju. Is-sit irċieva 650 rapport minn madwar Malta kollha.

Did you feel an earthquake this evening? An earthquake struck very close to the south of Malta at 8:23pm local time,…

Posted by Seismic Monitoring and Research Group SMRG – University of Malta on Tuesday, September 29, 2020

Ħassejtu t-terremot ta’ dan il-lejl?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt u għidilna f’liema lokalità