Terremot fl-Italja; biża’ fost residenti viċin il-Vessuvju

L-Italja intlaqtet minn terremot ta’ forza 5.2 fir-reġjun ċentrali ta’ Molise, żona popolari għall-vaganzi fil-kosta Taljana. Dan it-terremot wassal għal biża’ fost ir-residenti li l-Muntanja Vessuvju ħasset dan ix-xokk ukoll.

L-epiċentru ta’ dan it-terremot kien fil-Lvant tal-kostaTaljana, fiċ-ċitta Montecilfone. It-terremot inħass ukoll f’ villaġġi qrib Rieti u Alto Velino, li għadhom qed jirkupraw minn terremot qawwi tal-2016.

Francesca Bianco, id-direttriċi tal-osservatorju tal-Vessuvju qalet ma’ midja internazzjonali li rċeviet sensiela ta’ telefonati minn residenti inkwetati dwar il-każ.

Il-vulkan Vessuvju huwa kkonsidrat bħala wieħed fost l-iktar vulkani perikolużi, minħabba li madwaru jgħixu 3,000,000 persuna, u minħabba t-tendenza ta’ eruzzjonijiet qawwijin u vjolenti. Din iż-żona hija l-iktar żona volkanika ppopolata madwar id-dinja.