Terremot fit-Turkija; bini mwaqqa’

Twitter - TRT World Now

Fil-Lvant tat-Turkija nħass terremot ta’ 6.7 fuq l-iskala Richter, il-Ġimgħa filgħaxija.

Skont ir-rapporti fil-midja internazzjonali, madwar 500,000 ħassew it-theżżiża u kien hemm rapporti li t-theżżiża nħasset f’diversi pajjiżi oħra fosthom l-Iraq, is-Sirja u l-Lebanon.

Skon il-gazzetta Mirror, diversi persuni weġġgħu wara li ċeda xi bini kawża tat-terremot. Għadu mhux magħruf jekk dan it-terremot ħalliex xi vittmi.