Il-Maltin fil-Peru qawwijin u sħaħ

Maltin fil-Peru ma weġġgħux wara li l-Ħadd li għadda seħħ terremot qawwi 7.1 fuq l-iskala Richter.
Fil-programm Follow-Up fuq RTK, Fr Victor Livori, saċerdot Malti missjunarju fil-Peru qal li jinsab tajjeb u qal li anke saċerdoti oħra Maltin li qiegħdin miegħu jinsabu tajbin.
Il-Papa Franġisku għada mistenni jżur il-Peru matul il-vjaġġ li qed jagħmel fl-Amerika Latina.
Kompli segwi Newsbook.com.mt għal aktar aġġornamenti.