Terremot fil-Perù​ – l-ebda Maltin milquta

Hu mifhum li m’hemmx Maltin fir-Reġjun ta’ Ayacucho, il-Perù fejn seħħ terremot ta’ skala 7.
It-theżżiża nħasset tard ilbieraħ filgħaxija u ma ġewx rappurtati li weġġgħu xi persuni.
Skont kelliem għall-aġenzija tat-tifi tan-nar fil-Perù, l-awtoritajiet Peruvjani se jkunu qed jagħmlu tfittxija intensiva fir-reġjun. 
Skont il-midja Peruvjana, għadd ta’ familji mill-Kapitali tal-istess reġjun kellhom jaħarbu minn djarhom biex isibu l-protezzjoni ximkien taħt l-art.
F’Cusco, post magħruf mat-turisti, kien hemm nuqqas fil-provvista tal-elettriku u l-linji tal-mowbajl.