Terremot fil-baħar qrib l-Indoneżja

Read in English.

Ġie reġistrat terremot b’qawwa ta’ 6.9 fil-baħar Banda viċin l-Indoneżja.

Dan it-terremot ġie rreġistrat li seħħ f’fond ta’ 640 km (398 mili) skont l-EMSC.

Ma tħabbar l-ebda avviż għal tsunami fir-reġjun tal-Oċean Indjan minħabba li dan it-terremot kien relattivament dgħajjef, skont rapport tat-Tsunami Service Provider fl-Indonesja.L-Indonesja, li tinsab fir-reġjun fil-Paċifiku msejjaħ “Ring of Fire” fejn hemm attività siżmika, kemm-il darba esperjenzat terremoti u tsunami qerrieda, skont rapport ta’ Reuters.