Terremot fil-baħar qrib Għawdex

Dalgħodu għall-ħabta tas-5.45 a.m. seħħ terremot li tkejjel 3.7 fuq l-iskala richter seħħ daqs 30 kilometru ‘l barra mill-kosta ta’ Għawdex.

It-terremot seħħ 10 kilometri taħt il-livell tal-baħar bejn Għawdex u Sqallija.

Għawdxin li għamlu kuntatt ma’ Newsbook.com.mt sostnew li xi theżżiż inħass fiż-Żebbuġ.

Dan kien it-tieni terremot li seħħ qrib ta’ Malta f’dawn l-aħħar jiem, hekk kif terremot li tkejjel 4 fuq l-iskala richter laqat lil Capo Passero fil-Golf ta’ Noto fi Sqallija.

Dan it-terremot ukoll seħħ fil-baħar. 

 

Ritratt: INGV