Terremot b’qawwa ta 4.7 jinħass f’diversi lokalitajiet

Seismic Monitoring & Research Group (University of Malta)

Read in English.

F’Malta, it-Tlieta filgħaxija ġie rreġistrat terremot b’qawwa ta’ 4.7 li l-epiċentru tiegħu kien ta’ 100km fit-tramuntana ta’ Malta. Dan tħabbar mill-grupp ta’ Monitoraġġ u Riċerka Sismika fl-Università ta’ Malta.

Skond l-SMRG, l-epiċentru jinsab viċin il-kosta tan-Nofsinhar ta’ Sqallija, bejn il-belt tal-Vittoria u Scoglitti.

Għalkemm għad m’hemmx rapporti ta’ ħsarat jew persuni li weġġgħu, it-theżżiża nħasset madwar Malta u f’parti kbira ta’ Sqallija. Fuq il-midja soċjali diversi persuni qalu li t-terremot inħass minn Palermo, li tinsab fuq il-kosta tat-tramuntana ta’ Sqallija.