Terġa’ tinħeles mill-arrest is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi

Is-sieħba tal-hekk imsejjaħ El Chapo ta’ Malta, Jordan Azzopardi, inħelset mill-arrest għal darb’oħra wara li kienet reġgħet ġiet arrestata waqt smigħ fil-qorti meta xhud qal li l-mara ppruvat toffrilu €20,000 biex ma jixhidx.

Aqra: Xhud jobżoq fil-qorti u jeħel multa fil-każ tas-sieħba ta’ Jordan Azzopardi

L-omm ta’ ħamest itfal ta’ 31 sena, li ġie ordnat divjet fuq isimha, tilfet il-ħelsien mill-arrest. F’dawn il-proċeduri kontriha, hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi ta’ ftehim kriminali, li xerrdet flus foloz u li ffrodiet tliet ħwienet f’San Ġwann u Tas-Sliema, kif ukoll li kellha l-kannabis fil-pussess tagħha.

Aqra: “Ma tixhidx jekk jagħtik €10,000?” – is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi lil xhud

Minkejja dak li qal ix-xhud, l-avukati tal-mara ċaħdu dawn l-akkużi, u qalu li ġara bil-maqlub, li x-xhud talab il-flus mingħand l-allegat traffikant tad-droga.

Aqra: Meħlusa mill-arrest is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, iddeċidiet li teħles lill-mara mill-arrest b’depożitu ta’ €10,000, garanzija personali ta’ €10,000 u billi l-mara tiffirma l-għassa kuljum u ssegwi l-ħinijiet li tatha l-Qorti fi x’ħin tista’ toħroġ mid-dar.