Terġa’ tiftaħ l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa tal-vetturi

pexels.com / Jahoo Clouseau

Il-Gvern reġa’ nieda l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa żejda li ġiet imħallsa fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-2004 u l-2008.

Fi stqarrija, il-Ministeri għall-Finanzi u għat-Trasport qalu li din is-sena dawk eliġibbli huma dawk li ġew reġistrati fl-2008.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg fakkar kif l-iskema ilha titħaddem mill-2014. Qal li l-Gvern qed iħallas lura l-flus li kienu tħallsu “inġustament” mis-sidien tal-karozzi.

Fil-ġranet li ġejjin, Transport Malta se tkun qed tinforma lil dawk in-nies li huma eliġibbli dwar xi jrid isir bil-miktub.