Terġa’ tibda taħdem it-turbina ta’ Xrobb l-Għaġin

Reġgħet bdiet taħdem il-turbina tar-riħ li kienet iġġammjata għal xhur sħaħ, madwar tliet ġimgħat biss wara li Newsbook.com.mt ippubblika artiklu fuq it-telqa li hemm fil-park ta’ Xrobb l-Għaġin.
Dan huwa t-tieni żvilupp f’inqas minn ġimgħa, hekk kif anke l-funtana ġiet irrestawrata u reġgħet bdiet taħdem.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ residenti minn Marsaxlokk, li esprimew il-gratitudni tagħhom għall-fatt li l-awtoritajiet qed jaħdmu sabiex jirrestawraw il-post.
Minkejja dan jemmnu li għad fadal xi jsir, fosthom li jiġi rrestawrat il-bini abbandunat bil-ħġieġ imkisser. Issuġġerew ukoll li jinbnew bandli għat-tfal.