Terġa’ tibda taħdem il-funtana ta’ Xrobb l-Għaġin

Reġgħet qed taħdem il-funtana fi Xrobb l-Għaġin li kienet ilha wieqfa xhur sħaħ. Dan wara l-artiklu li ppubblika Newsbook.com.mt dwar it-telqa fis-sit.
Newsbook.com.mt kien semma kif numru ta’ residenti minn Marsaxlokk jinsabu rrabjati għax il-park tal-familja fi Xrobb l-Għaġin huwa mitluq, minkejja li qiegħed f’wieħed mill-isbaħ postijiet ta’ Malta. Fosthom kien hemm funtana ma taħdimx u mimlija bl-ilma qiegħed.
Madanakollu din il-funtana ġiet irrestawrata f'inqas minn ġimgħa li ġie ppubblikat l-artiklu.
Residenti qalu kif dan huwa l-ewwel pass ‘il quddiem qabel il-park tal-familja fi Xrobb l-Għaġin jibda jingħatalu r-rispett li jixraqlu.