Terġa’ tfeġġ tama għal waqfien mill-ġlied fil-Libja

German Foreign Minister Heiko Maas shakes hands with Libya's commander Khalifa Haftar, in Benghazi, Libya, January 16, 2020, in this handout photo provided by the German Foreign Ministry. Auswaertiges Amt/Xander Heinl/photothek.de/Handout via REUTERS

Read in English.

Regġħet feġġet tama għal waqfien mill-ġlied fil-Libja wara żjara għall-għarrieda li għamel il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniz Heiko Maas fil-Libja. Hawn hu iltaqa’ mal-mexxej militari Khalifa Haftar. Laqgħa li fiha Haftar stqarr li kien lest josserva waqfien mill-ġlied.

Fil-bidu tal-ġimgha Haftar attenda għal laqgħa dwar il-paċi fil-Libja f’Moska, il-kapitali Russa, imma hu telaq mil-laqgħa mingħajr ma’ aċċetta li josserva ftehim għall-waqfien mill-ġlied.

Iż-żjara ta’ Maas fil-Libja hi marbuta ma’ sforz ieħor għall-paċi li se tkun qed isir il-Ħadd f’Berlin organizzata mill-Gvern Ġermaniż.

Sadattant, il-President Tork Tayyip Erdogan ħabbar li l-ewwel truppi Torok bdew jaslu fil-Libja. It-truppi Torok se jkunu qed jgħinu lill-forzi taħt il-kmand tal-Gvern ta’ Tripli li huma avversarji ta’ Haftar. 

Haftar ilu kważi sena imexxi offensiva biex jieħu l-kontroll ta’ Tripli minn idejn il-Gvern ta’ Ghaqda Nazzjonali tal-Prim Ministru Fayez Sarraj. li jgawdi għarfien minn-Nazzjonijiet Uniti imma bi ftit suċċess.