Terfgħux il-ġkieket għalissa…

Wara li ġimagħtejn ilu l-Gżejjer Maltin intlaqtu minn Grigalata qalila li Malta kienet ilha ma taffaċċjaha mill-1982, f’dawn l-aħħar ġranet, it-temp donnu beda jlesti ruħu għar-rebbiegħa, b’xemx qawwija u UV għolja.

Madankollu, il-Maltin huma mwissija ma jerfgħux il-ġkieket u x-xalel għalissa, peress li nhar it-Tlieta, Malta għandha terġa’ tinħakem minn riħ bil-qawwa ta’ riefnu.

Billejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta, il-qawwa għandha tilħaq il-forza 8, u dan jirrepeti ruħu fi tmiem il-ġimgħa, meta r-riħ jilħaq il-forza 7.

Kollox ikkonfermat dwar riħ qawwi forza 8 mil-majjistral għal nhar t tlieta. Jidher ukoll li l ġimgħa u s sibt tad dieħla ukoll ser ikun riħ qawwi forza 7. Xerdu l kelma.

Posted by Aġġornament tat-temp on Friday, March 8, 2019